"The characteristic of scientific progress is our knowing that we did not know."Author: Gaston Bachelard


Merħba!



Int qed iżżur il-websajt taċ-Ċentru Sloven tal-Kompettitività u l-Innovazzjoni (ĊSKI). L-iĊSKI hu programm speċjali tal-Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Intrapprendar u Investimenti Barranin (JAPTI) iffinanzjat mill-Ministeru Sloven tal-Ekonomija.

Il-missjoni ta’ JAPTI hi li ssaħħaħ il-kompettitività ekonomika ta’ Slovenja permezz tal-għajnuna teknika u finanzjarja lill-intraprendituri u l-investituri. Hi l-punt fokali tal-kuntatt għall-intrapprendituri Sloveni eżistenti u futuri, investituri barranin, esportaturi lokali, u importaturi, u taħdem mill-qrib ma’ atturi prinċipali tal-istrateġija, inklużi l-Gvern Sloven u l-awtoritajiet lokali, u anki l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, tas-snajja u tal-professjonijiet.
L-iĊSKI hi punt  attiv bejn l-utenti u l-bżonnijiet tagħhom, u l-ambjent ieħor ta’ appoġġ. L-għan prinċipali tagħna hu li jkollna network tal-entitajiet tan-negozju, li qed jaħdmu f’oqsma differenti ta’ innovazzjoni. Aħna rridu ngħaqdu l-attivitajiet tagħhom u nagħmluhom aktar faċli għall-utent.

Il-websajt ta’ Imam idejo! hi għodda interattiva għall-utenti innovattivi, li jfittxu appoġġ finanzjarju, tekniku, legali u appoġġ ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-invenzjoni sofistakata tagħhom jew skemi tal-outline. Il-frażi Slovena Imam idejo! tfisser Għandi ideja!. Hi appell lin-nies innovattivi. Bħalissa, tinsab biss bil-lingwa Slovena imma fil-ġejjieni qarib aħna ser nipproduċuha wkoll bl-Ingliż, l-aktar għalik.

Jekk trid tikkuntattja kumpaniji Sloveni hi-tech, jew istituti ta’ appoġġ minn ambjent differenti tan-negozju , jew trid sempliċiment tibbrowżja  l-lista ta’ inventuri mis-Slovenja, ikklikkja l-links. Imbagħad, int xorta waħda ser ikollok ċans tagħti daqqa t’għajn l-iskambju ta’ invenzjonijiet.

Aħna nħeġġuk tikkuntattja l-Aġenzija u ċ-Ċentru tagħna jekk biħsiebek tinvesti fis-Slovenja, fl-ekonomija tagħha u fin-nies tagħha. Il-missjoni tagħna hi li nkunu sors utli u effettivi  għall-bżonnijiet tal-utenti.

JAPTI
Aġenzija Pubblika tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Intrapprendar u Investimenti Barranin
Verovskova 60
1000 Ljubljana, Slovenia, EU

Fown: +386 (0)1 5891 870
Fax: +386 (0)1 5309 812
E-mail: kbqujAkbquj/tj